Posted on 15 April, 2016

BALZAN FOOTBALL CLUB LAUNCHED THEIR NEW ANTHEM – ” FORZA HAL BALZAN”

Friday 15th April 2016Balzan FC has just launched their new club’s anthem in Maltese. The music has been prepared by Mro. Paul Abela and the lyrics by Joe Julian Farrugia. This anthem, sung by Ryan Paul Abela, can be found on link :  https://www.youtube.com/watch?v=fxQMTBLfuK0

Our supporters are urged to learn the lyrics (below) and start singing this anthem during Balzan FC games to support our players. 

BALZAN FOOTBALL CLUB

INNU FORZA ĦAL BALZAN

O-LE-LE… O-LA-LA… FORZA ĦAL BALZAN 

O-LE-LE… O-LA-LA… FORZA ĦAL BALZAN 

 

Raħal żgħir imma qalbu kbira

qatt ma naqas mill-interess

tim żagħżugħ l’għandu storja twila

biex għar-raħal iġib suċċess

 

L-eroj tagħna fil-grawnd insegwu

l-ilwien tagħna ma’ kullimkien

għajta waħda minn qalbna mħeġġa

is-side kollu, ilkoll flimkien…

 

Ref:​O-LE-LE… O-LA-LA… FORZA ĦAL BALZAN

​O-LE-LE… O-LA-LA… FORZA ĦAL BALZAN 

​Partitarji Balzanin

​mal-klabb tagħna rebbiħin

​O-LE-LE… O-LA-LA… FORZA ĦAL BALZAN 

 

Xemx jew xita warajkom dejjem

partitarji fl-inżul u t-tlugħ

jiġri x’jiġri ma naqtgħux qalbna

dan it-tim nibqgħu insegwuh

 

Qed nilgħabu fejn jixirqilna

tlajna fl-ogħla livell, mal-kbar

nisfidaw lil kulħadd bla ħniena

Balzanin b’rieda tal-azzar…

 

Ref:​O-LE-LE… O-LA-LA… FORZA ĦAL BALZAN

​O-LE-LE… O-LA-LA… FORZA ĦAL BALZAN 

​Partitarji Balzanin

​mal-klabb tagħna rebbiħin

​O-LE-LE… O-LA-LA… FORZA ĦAL BALZAN 

 

Music: Paul Abela.

Lyrics: Joe Julian Farrugia.

Singer: Ryan Paul Abela.

Balzan FC Copyright © 2016